RGT 8.62% 26.5¢ argent biopharma limited

An interesting read..., page-3

  1. 3,061 Posts.
    lightbulb Created with Sketch. 366
    Malta is going to be F N Huge!!

    Can someone translate this article because I'm having issue translating all of it into a big file from a mobile..

    This is dated as of yesterday..


    Akkademja ta’ Eċċellenza fil-Kannabis… bi tħejjija biex ikun hawn ħaddiema għal din l-indusrija
    • Lul 20, 2019 13:41
    • Miktub minn iNews


    • Fl-aħħar jiem, il-kumpanija EMMAC li għandha liċenzja biex ikollha faċilità f’pajjiżna biex tipproċudi prodotti mediċinali mill-kannabis, bdiet il-bini tal-impjant tagħha.Il-bini jinsab fi stadju avvanzat u mistenni jibda jopera fi żmien ftit xhur oħra. Inewsmalta hi infurmata li l-istess kumpanija għadha kif laħqet ftehim mal-kumpanija Farmalabor biex il-prodotti mediċinali mill-kannabis ta’ EMMAC ikollhom aċċess għas-suq Taljan. Quddiem dan,u l-mod kif qed tiżviluppa din l-industrija, il-Ministru għall-Investiment Chris Cardona f’intervista ma’ inewsmalta ħabbar li l-Awtorità tal-Mediċini se twaqqaf Akkademja ta’ Eċċellenza fix-Xjenza Regolatorja, li fost l-oħrajn se tispeċjalizza fi studju dwar il-kannabis.Dan biex f’pajjiżna ikun hawn ħaddiema speċjalizzati għal din l-industrija, xi ħaġa li bħalissa qed jinħass in-nuqqas tagħha.

      Il-Ministru saħaq li “isem pajjiżna qed isir sinonimu ma’ din l-industrija u qed inaqqax ismu bħala ċentru ta’ eċċellenza fil-manifattura tal-kannabis għall-użu mediku.”

      Il-Ministru Cardona meta mistoqsi kemm ġew approvati proġetti ta’ investiment minn kumpaniji internazzjonali fil-qasam tal-produzzjoni ta’ kannabis għal skop medicinali, qalilna li “mindu din il-liġi daħlet fis-seħħ, ftit aktar minn sena ilu, f’pajjiżna resqu 46 proġett propost u li minnhom, 20 ġew approvati.”

      Kemm ġew rifjutati proġetti u xi tkun ir-raġuni li għaliha dawn il-proġetti proposti ġew irrifjutati?

      Minkejja li approvajna 20 proġett, m’aċċettajniex 16-il proġett propost ieħor. Dan huwa xhieda ta’ kemm Malta għandha qafas li jieħu bis-serjetà l-proċessi ta’ verifika ta’ kull proġett. Barra minn hekk, biex il-Malta Enterprise tapprova proġett, l-applikazzjoni trid tgħaddi minn proċessi rigorużi ta’ due diligence sabiex naċċertaw li l-proġett huwa wieħed serju li se jkun ta’ benefiċċju għall-ekonomija Maltija. Il-proċess ta’ skrutinju huwa estensiv ħafna għaliex aħna rridu biss l-aħjar investiment.

      Issemma’ li sa issa l-proġetti approvati se joħolqu 700 impjieg u b’esportazzjoni li se tlaħħaq €900 miljun. Qed taraw li dan l-ammont għandu jiżdied fix-xhur fix-xhur li ġejjin u xi proġettazzjonijiet hemm?

      L-20 proġett li ġew approvati mistennija jinvestu madwar €100 miljun f’investiment kapitali u joħolqu 700 impjieg full-time. Mill-proġettazzjonijiet li għamilna jirriżulta li sa tliet snin oħra, Malta mistennija tibda’ tesporta prodotti mediċinali magħmulin mill-kannabis lejn is-suq Ewropew.Huwa stmat li l-valur ta’ dawn il-prodotti se jlaħħaq kważi biljun ewro. Jiġifieri minkejja li l-industrija tal-kannabis mediċinali għadha żgħira f’Malta, diġà qed tikseb suċċessi kbar u nemmen li dan is-suċċess se jkompli jiżdied fix-xhur li ġejjin. L-għan ewlieni tagħna hu li Malta tkun ċentru ta’ eċċellenza fil-qasam tal-kannabis għall-użu mediku.

      L-impjiegi li se jinħolqu huma għal Maltin jew barranin?

      Aħna qed noħolqu ekonomija li minnha nnifisha tħeġġek biex toħroġ taħdem. Minkejja l-fatt li nitkellmu kif l-akbar sfida tagħna hija li nsibu l-ħaddiema, bħala politiku, jiena nemmen li l-akbar sfida tagħna hija li dawk ix-xogħlijiet ta’ kwalità li qed nġibu jmorru għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin. Dan ma jfissirx li ngħalqu l-bibien għall-barranin iżda għandna nassiguraw li ż-żgħażagħ Maltin jkollhom impjieg ta’ kwalità kif jixirqilhom. Għalhekk qed naraw li l-ħaddiema tagħna, jkomplu jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom għax l-ekonomija tagħna tiddependi fuq il-kaptial uman u f’dan is-settur hemm bżonn ta’ nies tekniċi b’taħriġ speċifiċi. Għal din ir-raġuni l-Awtorità dwar il-Mediċini Maltija se twaqqaf Akkademja ta’ Eċċellenza fix-Xjenza Regolatorja, li fost l-oħrajn se tispeċjalizza fi studju dwar il-kannabis. Dan il-kors attendew għalih bosta Maltin u barranin, u huwa mistenni li jkun hemm aktar korsijiet informattivi dwar dan is-suġġett.

      Taħsbu li forsi għandha titwaqqaf awtorità separata minn Malta Enterprise li tispezzjona u tirregola lil dawn il-fabbriki li se jkunu qed joperaw?   

      F’Malta għandna standards għoljin ħafnafil-qasam tal-farmaċewtika u qasam regolatorju b’saħħtu. L-irwol tal-Malta Enterprise huwa li tassigura li dawk il-kumpaniji internazzjonali li kkonfermaw l-investiment tagħhom se joperaw f’ambjent regolatorju ċar u liċenzjat mill-Gvern. Dan filwaqt li l-produzzjoni tal-kannabis mediċinali se tkun qed issir taħt sigurtà stretta mill-Awtorità tal-Mediċini. Għaldaqstant ma naħsibx li hemm lok għal aġenzija oħra hekk kif għandi fiduċja sħiħa fil-ħaddiema tal-Malta Enterprise u l-Awtorita tal-Mediċini li dejjem għamlu xogħolhom bl-akbar serjetà.

      F’hiex waslu l-pjani marbuta mal-ftehim li kien sar u li permezz tiegħu l-università Taljana La Sapienza kellha twaqqaf laboratorju biex jittestja l-kannabis mediċinali?

      Ftit tal-ġimgħat ilu, ġie ffirmat Memorandum of Understanding bejn il-Malta Enterprise u d-Dipartiment tal-Kimika u t-Teknoloġija Farmaċewtika tal-Università ta’ La Sapienza f’Ruma. Dan il-ftehim se jwassal biex il-Malta Enterprise tevalwa applikazzjoni mill-Università Taljana biex jigi allokat lilha spazju f’pajjiżna għal laboratorju state of the art. Dan il-laboratorju se jservi biex isiru testijiet u verifiki li jwasslu għal żviluppi fl-industrija tal-kannabis mediku. Dan il-proġett għadu fil-fażi inizjali tiegħu iżda se jkun importanti biex insostnu s-settur tal-kannabis mediku f’pajjiżna.

      Fl-aħħar sigħat fi New Zealand kienu proposti regolamenti ġodda għal industrija tal-kannabis mediċinali. Qed jingħad li b’dawn ir-regolamenti New Zealand qed taspira li tkun hub għal innovazzjoni, kultivazzoni u l-produzzjoni tal-Kannabis għal skop mediku. Dawn ir-regolamenti l-ġodda tara li jistgħu jaffettwaw investimenti jew pjani minn kumpaniji fil-qasam tal-kannabis f’Malta?

      Naturalment, kull pajjiż li jirregola dan is-settur se jkun qed jagħmel minn kollox biex jattira l-aqwa investiment lejh. Il-vantaġġ li għandna aħna bħala Malta hu l-fatt li aħna konna l-ewwel pajjiż fl-Ewropa li daħħalna qafas leġiżlattiv fis-settur tal-kannabis għall-użu mediku u għalhekk irnexxielna nattiraw top players ta’ din l-industrija. Kumpaniji minn madwar id-dinja qed jaraw kif jistgħu jidħlu fis-suq Ewropew u aħna rridu nkunu hemm mingħajr biża’, bi ħsieb, b’viżjoni u regolamentazzjoni. L-ikbar riskju hu li nħallu pajjiżi oħra jiġru ’l quddiem u aħna nippruvaw nilħquhom meta jkunu ġrew parti kbira mit-triq qabilna. Fl-istess ħin pajjiżna qed juri li jrid jidħol f’dawn is-setturi b’mod mill-iktar regolat bil-għan li jkun hemm l-istess serjetà li aħna magħrufin għaliha f’setturi oħra.

      F’Novembru li ġej se jsiris-summut Medcann World Forum f’Malta.Kemm hu importanti l-fatt li dan is-summit se jsir f’Malta?

      Din hija t-tieni darba li se jkun qed isir dan is-summit f’pajjizna u ninsab kburi li Malta se tkun qed tospita l-akbar kumpaniji f’dan is-settur. Il-fatt li qed isir summit ta’ dan il-livell f’Malta jfisser li isem pajjiżna qed isir sinonimu ma’ din l-industrija u qed inaqqax ismu bħala ċentru ta’ eċċellenza fil-manifattura tal-kannabis għall-użu mediku. Minkejja l-andament ekonomiku pożittiv, il-Gvern qed jara li Malta tkompli tkun innovattiva u minn ta’ quddiem fid-dinja fis-suq tal-produzzjoni tal-kannabis mediċinali.

      X’qed tistennew li se tiggwadanja Malta minn dan is-summit?

      Dan is-summit se jservi bħala opportunità għal skambju ta’ tagħrif u ta’ networkingta’ livell għoli. L-industrija lokali se tkompli tikber u tiżviluppa għalhekk inħares il-quddiem li nitkellem mat-top players ta’ din l-industrija u l-stakeholders kollha li se jkunu preżenti għal dan is-summit sabiex naraw x’se tkun it-triq il-quddiem għal din l-industrija f’pajjiżna.
 
watchlist Created with Sketch. Add RGT (ASX) to my watchlist
arrow-down-2 Created with Sketch. arrow-down-2 Created with Sketch.